Merħba għall-kors onlajn ta' tagħlim, SCforH. Aħna nixtiequ nirringrazzjawk tal-parteċipazzjoni tiegħek. F'dan il-kors, inti ser titgħallem dwar kif tapplika l-approach ta' SCforH fl-isports klabbs jew assoċjazzjonijiet. Il-kontenut tal-kors ġie żviluppat minn tim internazzjonali ta' esperti fid-dixxiplini tal-isports u l-promozzjoni tas-saħħa. Il-Kummissjoni Ewropea, Edukazzjoni, Awdjoviżiv u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kultura għenet fl-iżvilupp ta' dan il-kors.
L-informazzjoni li ġejja ħa tgħinek sabiex timxi 'l quddiem f' dan il-kors:
Il-kors jikkonsisti f' 7 suġġetti qosra. Se tieħu madwar 20-30 minuta biex tlesti l-kors.
Dawn is-suġġetti jinkludu vidjos edukattivi, infografiji li tista' tniżżilhom, materjali testwali, u kwizzijiet. Ħoloq relatati ma' materjali esterni huma provduti għal dawk li jixtiequ jitgħallmu aktar dwar suġġetti speċifiċi.
Wara li tlesti l-kors, inti ser tirċievi ċeritifikat talli lestejtu.
F'dan il-kors aħna nużaw il-frażi organiżazzjonijiet sportivi sabiex nirreferu kemm għall-klabbs sportivi, kif ukoll għall-assoċjazzjonijiet sportivi, ħlief meta nirreferu speċifikament għal wieħed minnhom.